Il-maġġoranza tan-negozji Maltin u Għawdxin qed iħarsu lejn tmiem din il-ġimgħa – partikolarment il-jum tal-Ġimgħa fi Black Friday – b’mod pożittiv u qed jistennew li tkun waħda tajba għan-negozju tagħhom.
Tħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-President u l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar u Medji, Paul Abela u Abigail Mamo, b’tal-aħħar tgħid kif anke l-konsumatur Malti qed jistenna bil-ħerqa dan iż-żmien ta’ skontijiet.
Qal kif, “Min-naħa ta’ feeling meta tħares lejn Black Friday, l-istess feeling għandna din is-sena. Jiġifieri normalment tkun pożittiva ħafna bl-offerti u inizjattivi li jkunu għaddejjin ma’ Malta kollha u naraw il-konsumatur looking forward u jikkonkorri. Ma naħsibx li din is-sena se tkun xejn inqas, ovvjament kemm jidħol anke l-ammont ta’ bejgħ akkont din is-sena kkuparat mal-bqija tas-sena ukoll se jkun tajjeb.”
Paul Abela spjega kif ftit jiem ilu l-kamra tal-SMES ltaqgħet mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, fejn din innutat u kkonfermat kif il-protokolli b’rabta mal-imxija fil-ħwienet qed jittieħdu b’mod serju u responsabbli ħafna.
Fil-konferenza ġie spjegat ukoll li din is-sena l-Black Friday se jkollja preżenza qawwija online, hekk kif il-biċċa l-kbira tan-negozji għandhom jew fetħu sit biex il-konsumaturi jixtru mill-kumdità ta’ darhom.
Il-President Abela żied jgħid li l-ekonomija ta’ pajjiżna ma tistax tieqaf għax magħha jbatu n-negozji, ħaddiema u l-familji. Hawnhekk għamel referenza għall-għajnuna kruċjali li qed jagħti dan il-Gvern lin-negozji f’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija.
Qal kif, “L-ekonomija b’xi mod jew ieħor, ftit jew wisq trid tiċċaqlaq. Ovvjament bħala pajjiż għandna qed jagħmel ukoll is-sagrifiċju anke fis-sussidji għall-impjiegi. Kollox irid jibda jiċċaqlaq u nappella lil kulħadd biex dan il-Milied għandna nagħmlu xi ħaġa speċjali u noqgħodu attenti fejn immorru.”
Abigail Mamo qalet kif is-sena l-oħra Black Friday kienet rekord għan-negozji, iżda minkejja li din is-sena hija differenti xorta se tkun waħda pożittiva.
Innutat kif in-nies faddlu aktar din is-sena u għalhekk appellat biex nagħtu prijorità lin-negozji lokali żgħar biex l-effett ma jibqax jinħass wara l-pandemija.
Intant, f’kummenti lill-midja, il-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar u Medji reġgħet tenniet li l-inizjattivi li ħa l-Gvern b’rabta ma’ żmien il-Milied fil-Belt Valletta mhumiex biex jiġbru l-ġemgħat u folol u li b’dawn l-inizzjattivi m’hemmx lok ta’ paniku għalihom. Iżda huma biss inizjattivi biex isostnu lin-negozji li qed ibatu u li warajhom mhux biss hemm familji iżda wkoll mijiet ta’ ħaddiema.
Spjegat li, “Wasalna għall-konklużjoni, entitajiet wasslu għall-konklużjonijiet li llum il ġurnata qegħdin jirealizzaw li mhijiex sitwazzjoni ta’ allarm fejn tidħol din l-attività tal-Belt.” 12sec
Għal ġurnata ta’ Black Friday din il-Kamra f’sit wieħed ġabret mitejn negozju li qed jiggwidaw b’mod aħjar ta’ x’servizzi joffru huma.