Imħallef f’Pennsylvania ċaħad il-kawża li fetaħ it-tim tal-kampanja ta’ Trump li talab biex miljuni ta’ voti li twasslu bil-posta jiġu kkunsidrati bħala invalidi, f’dan l-istat li huwa meqjus bħala swing state.
L-Imħallef qal li din il-kawża dwar allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet saret mingħajr mertu.
Il-ġimgħa d-dieħla, l-Istat ta’ Pennsylvania mistenni jħabbar rebħa uffiċjali għal Biden, hekk kif għandu aktar minn 80,000 vot vantaġġ fuq Trump, li s’issa għadu ma ċediex għat-telfa elettorali.