Libjan ta’ 27 sena li joqgħod l-Imsida qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Birkirkara, San Ġwann.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-Libjan kellu argument ma’ Libjan ieħor ta’ 27 sena wkoll u li joqgħod Tas-Sliema.
Huma telqu minn San Ġwann, saqu wara xulxin u l-argument kompla f’parkeġġ li jinsab fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. Waqt l-argument intużat sikkina. Il-Libjan li joqgħod l-Imsida sofra xi ġrieħi.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.