Inxtegħel uffiċjalment id-dawl festiv fil-Belt Valletta, sabiex fil-jiem ta’ festi tal-Milied idawwal it-toroq prinċipali tal-Kapitali Maltija.
Kull min se jgħaddi minn quddiem il-Parlament jista’ jara siġra tal-Milied li hi magħmula minn madwar 5,000 bozza tal-LED.
Din is-sena mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati l-avvenimenti tal-massa jew l-attivitajiet annwali li jsiru s-soltu waqt il-Milied u dan bħala prekawzjoni għall-imxija tal-COVID-19.
Minkejja dan kull min se jidħol il-Belt Valletta fis-27 ta’ Novembru, il-ġurnata magħrufa baħala l-Black Friday u bejn it-8 ta’ Diċembru sa l-aħħar tas-sena 2020, jista’ jidħol jipparkja b’xejn fil-parkeġġ tal-MCP.