Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela jinawgura proġett ta’ tisbiħ fis-sala ewlenija taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Din is-sala rat avvenimenti kbar tal-partit fosthom il-Konferenzi Ġenerali tal-Partit Laburista.
Dan l-investiment fis-sala qed isir waqt żewġ anniversarji importanti għall-Partit Laburista, li huma l-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista u l-25 sena anniversarju mill-ftuħ taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.