Ħidma mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, il-lejl li għadda rriżultat fis-sejba ta’ aktar minn tlett kilogrammi ta’ sustanza allegatament raza meħuda mill-pjanta tal-kannabis, ġewwa r-Rabat (Malta).
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata b’din is-sejba, u min-naħa tagħha ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija qed iżżomm ġuvni ta’ 19-il sena residenti r-Rabat (Malta) in konnessjoni ma’ din is-sejba. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bil-pussess tas-sustanza, liema pussess juri li ma kienx għall-użu esklussiv tiegħu.