F’Awwissu n-numru ta’ persuni fuq ir-registru tal-qghad naqas ghal inqas livelli f’dan ix-xahar minn sena elf disgħa mija disgħa u sebgħin. Skont statistika tal-NSO x-xahar li għadda dawk ifittxu x-xogħol ma’ Jobs+ niżel għal 3,261.
Dan ifisser li meta mqabbel ma’ sena ilu il-qghad naqas b’1,653 persuna. U meta mqabbel ma’ Marzu 2013, in-numru ta’ nies jirregistraw huwa erba’ t’4,089 inqas.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministri Evarist Bartolo u Edward Zammit Lewis, intqal li dan ifisser li issa n-numru ta’ dawk jirregistraw hu anqas minn nofs dak li kien fil-bidu ta’ din il-legislatura. It-tnaqqis qawwi fil-qgħad qed jinħass l-aktar fost iż-żgħażagħ. Fl-aħħar 12-il xahar kien hemm tnaqqis ta’ 246 fin-numru ta’ żgħażagħ bla xogħol, jew 922 mill-bidla fl-amministrazzjoni.
Filfatt mill-bidla fl-amministrazzjoni kien hemm tnaqqis ta’ 1,413 persuna f’dawk li jirreġistraw u li għandhom età ta’ 45 sena jew aktar. Dan ifisser tnaqqis ta’ 47% mil-livell fil-bidu ta’ din l-amministrazzjoni. Kategoriji oħrajn meqjusin f’riskju soċjali wkoll urew titjib. Fost dawk li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena u l-persuni b’diżabbiltà. In-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol naqas għal 490 f’Awwissu minn 742 fi tmiem l-amministrazzjoni li għaddiet (-34%).
Matul il-ħames snin ta’ l-amministrazzjoni preċedenti il-qgħad f’Għawdex kien tela minn 730 għal 742 (+2%).