Tliet persuni ġew arrestati b’rabta ma’ serqa drammatika ta’ djamanti li saret is-sena l-oħra fil-Ġermanja, li kellha fil-mira tagħha waħda mill-akbar kollezzjonijiet tad-djamanti fl-Ewropa.
Is-suspettati qed jiġu akkużati li serqu aktar minn tużżana affarijiet miksija bid-djamanti mill-Green Vault fi Dresden.
Il-kollezzjoni tmur lura għall-elf, seba’ mija u tlieta u għoxrin, f’dak li huwa fost l-eqdem mużewijiet fid-dinja.
Il-Pulizija Ġermaniża, bis-sehem ta’ madwar elf u sitt mitt uffiċjal, wettqet rejds f’numru ta’ djar f’Berlin bħala parti mill-investigazzjoni.
It-tliet persuni li qed jinżammu arrestati huma maħsuba li jiffurmaw parti minn netwerk ta’ familja ta’ kriminali bbażata f’Berlin.