Mit-Tlieta l-kumpanija li ilha għall diversi snin topera fis-settur tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna Vodafone saret Epic. Dan permezz ta’ branding ġdid li l-kumpanija qalet li se jfisser aktar effiċjenza fis-servizzi tat-telekomunikazzjoni b’valur miżjud lill-konsumatur Lokali.
Fi preżentazzjoni online, il-Kap Eżekuttiv ta’ Epic, Tamas Banyai qal li waqt il-pandemija kompla jinħass il-bżonn li s-servizz tat-telekomunikazzjoni filwaqt li l-kumpanija qed tipprepara ruħha għall-futur.
Qal kif, “In the past Vodafone Malta has been famous for the quality of its network, the international roaming footprint and the services. Now with epic we understand that value is equal important for our consumers, so we bring the two together: great network and great value. We also want to give more than just mobile services so we want to expand our services to give customers whatever they need, wherever they are”
Intant, il-konsumaturi ta’ Vodafone mhux se jiġu affetwati b’dan it-tibdil għajr li se jibbenefikaw minn rati orħos filwaqt li s-servizz bla limitu mhux se jibqa’ jiġi marbut b’kuntratt.
Il-kumpanija Epic se tkun ukoll qed tagħti serħan il-moħħ lill-Maltin u Għawdxin waqt li jkunu għal btala barra minn pajjiżna, u dan permezz ta’ servizz ta’ internet 4G f’175 pajjiż.
Filwaqt li tnediet app fuq il-mobile biex klijenti ta’ Epic ikunu jistgħu jinqdew b’aktar effiċjenza mis-servizzi li qed toffri l-kumpanija.