Ahmed Rasem A. Franko, ta’ ħamsa u tletin mil-Libja weħel erbatax-il xahar ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-libertà proviżorja.
Dan wara li tterrorizza lit-tfajla tiegħu u lil ibnu ta’ ħames snin, meta żgassalhom il-bieb tad-dar.
Il-Magistrat, Gabriella Vella mponiet ordni ta’ protezzjoni għal sena fil-konfront tal-vittmi.
Fil-passat, l-akkużat kien mixli bi qtil ta’ Kolombjan u attentat ta’ abbuż sesswali fuq tfajla Żvediża.