Antonel Dobre kien ordnat iħallas kumpens ta’ €294,216 lill-qraba ta’ Al Shazliay Saleh Osama. Dobre huwa Rumen li s-sena l-oħra ntbagħat il-ħabs talli kkawża l-mewt ta’ Osama f’Paceville, fl-2012.
F’Marzu 2015 Dobre ingħata sentenza ta’ seba’ snin ħabs wara li nstab ħati li kkawża ġrieħi gravi lil Osama, liema ġrieħi wasslu għal mewtu. Fil-Qorti l-għemil ta’ Dobra kien meqjus skużabbli, għaliex kien provokat.
Aktar tard, mara li kienet qed tistenna t-tarbija ta’ Osama fittxet lir-Rumen għad-danni, bl-argument li hi u binha qed ibgħatu l-konsegwnzi tal-mewt.
Fil-Qorti Dobre kien ordnat iħallas is-somma bbażata fuq kemm tiġi paga minima għal 39 sena, sakemm kieku baqa’ ħaj kien jirtira Osama.