Id-Deputat Prim Ministru, Louis Grech, ħabbar li hemm sitt miljun ewro oħra maħsuba biex jintużaw minn negozji żgħar u medji li jridu jsaħħu u jkabbru l-operat tagħhom. Dan huwa t-tieni ftehim bis-sehem ta’ intermedjarju finanzjarju, f’dan il-każ il-Banif, bil-għan li dan is-settur tant importanti għall-ekonomija Maltija jkompli jikber.
Dik magħrufa bħala SME intitiative se twassal biex ikun hemm disponibbli mas-sittin miljun ewro li minnhom igawdu 850 intrapriża fuq ħames snin. Id-Deputat Prim Ministru ta l-impenn tiegħu li dawn il-fondi jkunu asorbiti kemm jista’ jkun malajr u l-gvern iżid il-kontribuzzjoni tiegħu. “Din l-iskema twassal għal aċċess iktar faċli u irħas għal dawn il-flus tant meħtieġa mill-SMEs,” qal id-Deputat Prim Ministru.
Is-Segretarju Parlamentari, Ian Borg, qal li b’din il-faċilitża l-pajjiż se jkompli jibni fuq is-suċċess ekonomiku u dak ta’ skemi oħra simili fl-aħħar snin.