L-Aġenzija għas-Servizzi Korettivi se jkollha l-ewwel vettura bullet proof.
Din il-vettura se tintuża għal waqt l-iskorti tal-priġunieri.
Il-vettura tal-għamla Ford hija l-ewwel waħda minn fost ħafna iktar li huma pjanati li jkollna s-sena d-dieħla.
B’hekk l-uffiċjali fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin illum il-ġurnata anke permezz ta’ din il-vettura se jkunu jistgħu jaqdu rwoli li sa ftit żmien ilu ma kinux responsabbiltà tagħhom.
L-investiment f’din il-vettura huwa wieħed minn fost ħafna li ser ikompli jtejjeb is-sigurtà f’pajjiżna.