Forzi Iżraeljani qatlu lit-tieni kmandant ta’ Al Qaeda li kien akkużat li għen fl-ibbumbardjar ta’ żewġ ambaxxati tal-Istati Uniti fl-Afrika fl-1998. Skont rapport fil-gazzetta New York Times, li kkotaw uffiċjali tal-Intelliġenza, Abdullah Ahmed Abdullah inqatel fl-Iran f’Awwissu li għadda.
Abdullah, li kien qed juża n-nom de guerre Abu Muhammad al-Masri, inqatel b’tiri minn żewġt irġiel f’Tehran fis-s7 ta’ Awwissu. Il-gazzetta rrapportat ukoll li f’dan il-każ inqatlet bint Masri, li hija l-armla tat-tifel ta’ Osama Bin Laden.
Uffiċjal tal-Istati Uniti rrifjuta milli jikkonferma xi dettalji mill-istorja ppubblikata fil-gazzetta. Intant, l-Al Qaeda għadha ma ħabbritx il-mewt ta’ Masri filwaqt li uffiċjali Iranjani ċaħdu r-rapport ili deheru fil-gazzetta.