Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mhux qed jaqblu fuq punti ewlenin fit-taħditiet li qed isiru dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet. Sorsi fl-Unjoni Ewropea qalu li fl-aħħar jiem ftit li xejn sar progress.
Iż-żewġ naħat qed jiddubitaw kemm se jintlaħaq ftehim fil-jiem li ġejjin, biż-żmien jinsab kontrihom sabiex isolvu n-nuqqas ta’ qbil qabel l-ewwel ta’ Jannar li ġej; il-jum li fih ir-Renju Unit jinħall mis-suq ewlieni tal-Unjoni Ewropea.