Uffiċjali mill-Kumitat tal-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti ċaħdu l-allegazzjonijiet ta’ frodi ta’ Donald Trump u qalu li t-tiġrija għall-White House ta’ din is-sena kienet l-aktar waħda sigura fl-istorja Amerikana.
Qalu li ma hemm l-ebda evidenza li turi li xi sistema tal-voti ħassret jew tilfet il-voti jew b’xi mod ikkompromettiet il-proċess.
Dawn id-dikjarazzjonijiet saru wara li Donald Trump akkuża, bla provi, li tħassru żewġ miljuni u seba’ mitt elf vot li kienu għalih.
Trump għad irid jikkonċedi għall-President elett Joe Biden.
Ir-rebbieħ tal-elezzjoni tat-tlieta ta’ Novembru ġie proġettat min-netwerks kollha maġġuri fl-Amerka li huwa Joe Biden.