Libjan ta’ tmienja u tletin sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie arrestat mill-Pulizija tal-Għassa tal-Qawra wara li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar.Waqt ronda fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, il-Pulizija twaqqfu minn mara ta’ tmienja u tletin sena minn Birkirkara li kienet feruta, u qaltilhom li għadha kemm ġiet aggredita.
Il-każ seħħ meta allegatament, ir-raġel aggredixxa lill-mara b’oġġett bil-ponta u li jaqta’, u ħarab minn fuq il-post.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura u sofriet minn ġrieħi gravi.
Ir-raġel ġie arrestat ftit tal-ħin wara u qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.