Il-Vatikan ammetta li l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni kien ġie mwissi dwar allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali minn Theodore McCarrick, iżda dan xorta ngħata l-kariga ta’ Arċisqof ta’ Washington wara li ċaħad l-allegazzjonijiet.
Investigazzjoni interna li l-Vatikan temm it-Tlieta turi wkoll li li investigazzjoni oħra li saret minn Isqfijiet fl-Istati Uniti ma sabet l-ebda dell ikrah fil-konfront ta’ McCarrick.
McCarrick kien sar Kardinal fl-2001 mill-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, u kien figura influwenti f’Washington. Huwa rriżenja mill-Kulleġġ tal-Kardinali fl-2018, u tkeċċa b’mod formali mill-Vatikan sena ilu wara li l-Knisja sabitu ħati ta’ abbuż sesswali ta’ tfal.