Żewġ persuni li ndarbu f’inċident illejla ittieħdu l-Isptar Mater Dei, fejn sewwieq ta’ mutur ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. Ir-raġel kien barrani, kellu 40 sena u kien residenti San Pawl il-Baħar.
Il-midrub l-ieħor huwa barrani ta’ 33 sena, u inezerta kien miexi fuq il-bankina f’Dawret il-Gżejjer.
Is-sewwieq tal-mutur Suzuki tilef il-kontroll, bil-konsegwenza li tela’ fuq il-bankina. Huwa waqa’ minn fuq il-mutur iżda baqa’ jitkaxkar għal diversi metri u kellu impatt ma’ xi bankijiet li hemm tul il-promenade.