L-eks kandidat Demokratiku ta’ nisel Malti, Pete Buttigieg, mistenni jkun parti mit-tim ta’ tranżizzjoni tal-President elett Joe Biden.
Buttigieg, li missieru huwa Malti, kien irtira mill-elezzjonijiet primarji biex jirbaħ in-nominazzjoni tal-Partit Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali, u kompla jikkampanja għal Biden tul il-kampanja.
Illum, diversi kmamar tal-aħbarijiet fosthom CNN u FOX News, irrapportaw li Buttigieg huwa parti mit-tim tranżitorju ta’ dak li mistenni jmexxi lill-Istati Uniti minn Jannar ’il quddiem.