Raġel ta’ 47 sena minn Ħaż-Żabbar ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Toyota IQ, li kien qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena mis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ filgħodu fi Triq is-Siġġiewi Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa lill-vittma l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.