L-Awtorità tal-Ippjanar irrevokat l-permessi tal-fish farms tat-tonn, wara qbil unanimu milħuq mill-bord tal-Awtorità.
Dan wara li fl-aħħar laqgħa ma ntlaħaqx qbil u l-Awtorità kienet ħarġet avviż ta’ infurzar ta’ emerġenza fil-konfront ta’ erba’ operaturi li qed joperaw mhux skont il-liġi.
F’Lulju, wara konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, il-Gvern żied il-pieni għal sitt operaturi, wara li nstab li kellhom numru ta’ illegalitajiet.