14:51: Żvilupp interessanti fit-taqtigħa għall-White House hekk kif issa Biden jinsab fil-vantaġġ f’Pennysylvania.
Wara li fl-aħħar sigħat, Trump kien fuq quddiem b’18,000 vot f’dan l-istat massiċċ, issa Biden qed jgħaddi lil Trump bi ftit aktar minn 5,500 vot.
Jekk Biden jirbaħ Pennysylvania, jiġi dikjarat il-President elett hekk dan l-istat iġorr għoxrin vot tal-elettur u b’hekk ikun qabeż in-numru 270 vot tal-Kulleġġ tal-Eletturi.
10:40: Joe Biden issa jinsab b’vantaġġ fuq il-President Donald Trump, b’anqas minn elf vot fl-istat ta’ Georgia.
F’dan l-istat għamel ħin twil fuq quddiem Trump iżda issa, hekk kif l-għadd tal-voti jinsab viċin iżjed li jagħlaq, Biden għandu vantaġġ ta’ 1,096-il vot f’Georgia.
Dan l-istat fih 16-il vot tal-eletturi u b’din ir-rebħa f’dan l-istat, Biden ikun biss vot ‘il bogħod tal-elettur milli jikseb l-ogħla kariga fil-White House.
Biden qed jirkupra tajjeb ukoll fl-istat ta’ Pennsylvania u qiegħed fuq quddiem fl-istati t’Arizona u Nevada.
Fl-istat massiċċ ta’ Pennsylvania, id-distakk bejn Biden u Trump huwa ta’ madwar ta’ 18,000 vot.
Dan meta qabel, Trump kien fuq quddiem b’aktar minn 700,000 vot.
S’issa Biden għandu 253 vot tal-eletturi filwaqt li Trump għandu 213-il vot tal-eletturi.