Heritage Malta se terġa’ tieħu sehem fil-Jum Dinji tat-Turiżmu ċċelebrat fis-27 ta’ Settembru. Għal din l-okkażjoni Heritage Malta se tiftaħ uħud mill-mużewijiet u s-siti tagħha kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex b’xejn.
Il-mużewijiet f’Malta jinkludu l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, Għar Dalam f’Birżebbuġa, il-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu u d-Domus Romana fir-Rabat.
Il-mużewijiet f’Għawdex li se jiftħu b’xejn huma l-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Gran Castello Historic House, il-Mużew Naturali ta’ Għawdex u l-Ħabs l-Antik. Dawn il-mużewijiet u s-siti jinsabu kollha fiċ-Ċittadella.
L-għan tal-Jum Dinji tat-Turiżmu huwa li jqajjem kuxjenza akbar fost il-komunitá internazzjonali dwar l-importanza tat-turiżmu u l-impatt soċjali, kulturali, politiku u ekonomiku tiegħu.