Raġel ta’ 31 sena ġarrab ġrieħi gravi u raġel ta’ 47 sena weġġa’ ħafif wara li kienu involuti f’argument.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30 tat-Tlieta filgħaxija quddiem blokka t’appartamenti li tinsab fi Triq il-Ħuttaf fil-Mosta.
Iż-żewġt iriġiel marru fl-eqreb klinika biex jiġu kkurati.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.