Libjan ta’ 24 sena nżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li wieġeb mhux ħati fl-involviment f’argument bejn numru ta’ persuni li fih intużat sikkina.
Il-każ imur lura għall-aħħar ta’ Jannar li għadda meta l-Pulizija daħlulha rapporti li kien hemm persuna li weġġgħet ħafif wara li żviluppa argument. Mill-investigazzjonijiet tagħha l-Pulizija kienet arrestat lil ħu l-imputat madankollu l-imputat u persuna oħra laħqu telqu minn Malta lejn Sqallija.
Ir-raġel ġie arrestat il-Ħamis wara li wasal Malta fuq titjira mit-Turkija. Mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazjzonali ta’ Malta l-uffiċċjali tal-immigrazzjoni żammew lir-raġel hekk kif il-passaport tiegħu mmarka li r-raġel kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija.