It-Tuneżin li lbieraħ qatel tliet persuni fi knisja f’Nizza fi Franza, kien għadu kif wasal riċentament fl-Ewropa.
Dan ġie kkonfermat mill-uffiċjali Franċiżi, li qalu kif is-suspettat ta’ wieħed u għoxrin sena, kellu dokument Taljan li nħariġlu wara li wasal Lampedusa fuq dgħajsa tal-immigranti x-xahar li għadda.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-attakk b’sikkina tal-Ħamis fil-bażilika ta’ Notre-Dame f’Nizza, kien wieħed terroristiku.
Qal ukoll li n-numru ta’ suldati f’ċertu postijiet pubbliċi bħall-knejjes u l-iskejjel, se jiżdied minn tlett elef għal sebat elef.