Fl-aħħar sigħat fiequ 91 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 106 każijiet minn fost 2966 test.
Dan ifisser li 96.5% tat-testijiet li saru fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ġew negattivi, u 3.5% ġew pożittivi.
Minn Marzu sal-lum, fis-sitt ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 329,546 test.