It-Tlieta filgħaxija d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ma kienx preżenti fil-Parlament għad-diskors tal-Prim Ministru dwar il-Budget u minflok kien mal-Għaqda Repubblika, fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jitkellem kontra s-sistema ta’ Malta fil-ħatriet tal-ġudikanti.
Il-liġi ġdida dwar il-ħatriet tal-ġudikanti tgħid li l-President tar-Repubblika se jkollu l-poter li jagħżel hu l-membri fil-ġudikatura biex b’hekk jitneħħa kull intervent politiku.
Fil-fatt fil-ħatra tal-ġudikatura, il-President ser ikun qed jagħżel minn tliet membri nominati mill-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikatura wara sejħa pubblika.
Din ir-riforma ntlaqgħet ukoll mill-Kummissjoni Venezja.
Din kinitx l-ewwel darba li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Għaqda Repubblika ħaduha kontra Malta.
L-avukat Azzopardi fost oħrajn pruvaw jitfgħu għal għomor il-ħabs lill-Prim Ministru Robert Abela, lill-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta u diversi suldati tal-patrol boat P52 fuq allegazzjoni ta’ qtil ta’ immigranti.
Inkjesta Maġisterjali kienet ġabet fix-xejn l-allegazzjonijiet ta’ qtil volontarju ta’ immigranti.