Judith Bakush ta’ disgħa u għoxrin sena mill-Belt Valletta nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata li nstab fuqha ammont aggravat ta’ droga kokaina u dik kannabis.
Il-każ seħħ it-Tlieta meta l-Pulizija sabet blokka allegatament kokaina fuq il-gwardarobba, fejn l-akkużata qalet li kienet għall-użu tagħha biex tirrilassa.
Hija wieġbet mhux ħatja, iżda ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
Għall-istess akkużi deher ukoll Libjan ta’ tletin sena mill-Belt Valletta.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ħareġ kif iż-żewġ akkuzati għandhom fedina penali mċappsa anke fuq każijiet oħra ta’ droga.
Il-Libjan wkoll wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.