Il-Prodott Gross Domestiku (GDP) kiber b’madwar 4.7% fit-tieni kwart tal-2016 meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Fatt li kwotaħ il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, waqt il-ftuħ ufficjali tal-Construction, Property and Interiors Expo 2016 fic-Ċentru Mediterran ghall-Konferenzi. Il-Gvern qed jinvesti fit-taħriġ f’dan is-settur, bħall-introduzzjoni ta’ skill cards fi snajja differenti.
Il-Ministru Mizzi saħaq li attivittà bħal din hija importanti għal pajjiżna għax tiġbor fiha esebituri min oqsma differenti li joffru prodotti u servizzi ta’ kwalità tajba għall-konsumatur, l-iżviluppaturi u stakeholders relatati.
L-Expo tippromwovi l-prodotti li hawn fis-suq u tagħti cans lill-esebituri juru l-prodotti u material tagħhom.
Il-Gvern qed jirrevedi l-liġijiet li jikkoncernaw l-kostruzzjoni biex ikunu aktar adattati għaż-żmien tal-llum, u konformi mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea. “Qed tingħata aktar importanza f’dik li hija sigurtà, kif ukoll għall-infurzar waqt kostruzzjoni.
L-Unjoni Ewropea taghraf i r-rwol importanti li dan is-settur tal-kostruzzjoni għandu fl-ekonomija Ewropea għaliex dan jiġġenera 10% tal-GDP tal-UE u madwar 20 miljun impieg.