Fuq il-paġna tal-kampanja Children’s Dreams fuq Facebook, sar magħruf li l-ħolma ta’ 1924 tifel u tifla vulnerabbli f’pajjiżna, saru realtà f’għaxart ijiem.
It-tmexxija tal-paġna spjegat li din kienet sena rekord, hekk kif mija fil-mija tal-ħolm ippubblikat ġie mwettaq fi ftit ġranet biss mindu tnediet il-kampanja.
Il-kampanja Children’s Dreams tara li tnissel tbissima fuq fomm tfal inqas ixxurtjati li jkunu jixtiequ rigali u bħal tfal oħra jkunu jistgħu jgawdu żmien il-Milied.
Ir-rigali li nxtraw għaċ-ċkejknin għandhom jittieħdu fl-uffiċċju li jinsab f’50, Triq il-Għasel, Mosta, sal-Erbgħa 16 ta’ Diċembru.