Il-Pulizija fl-Isle of Wight għaddejjin bl-investigazzjonijiet wara li daħlu rapporti ta’ ħtif ta’ tanker irreġistrat fil-Liberja li suppost wasal fil-port ta’ Sounthampton fir-Renju Unit il-Ħadd.
Jidher li dan jinsab wieqaf bejn sema u ilma ftit ‘il barra min-Nofsinhar tal-gżira, u ntbagħtu numru ta’ ħelikopters għal tiftix u salvataġġ li jista’ jkun hemm bżonn. Il-Ministeru għad-Difiża kkonferma li m’hemm l-ebda involviment militari f’dan kollu, iżda l-aġenzija għall-gwardja tal-kosta Ingliża qed tgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.