Simon Busuttil, il-persuna li kiteb manifesti elettorali b’wegħdi li ma twettqux, issa qed jerġa jdoqq l-istess diska u jridek temmen li din id-darba se jwettaqhom.
Il-Partit Laburista qal dan fi stqarrija, filwaqt li żied jgħid li minn Kap tal-Oppożizzjoni li qed iwebbel lil kulħadd li l-elezzjoni ġenerali se ssir fi ftit ġimgħat, wieħed ma kienx qed jistenna proposti riċiklati u mizuri li se jitwettqu fis-sena u nofs li fadlilha din il-leġislatura.
Simon Busuttil reġa ħareġ biss bi kliem li bħalu qal ħafna fil-passat, osserva l-Partit Laburista. “Kif daħak bil-poplu darba b’dak li wiegħed u ma wettaqx, hekk jerġa jagħmel”.
Il-Partt qal li l-kwisjtoni hija l-kredibiltà, u Simon Busuttil m’għandux kredibiltà. “Il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa a politically broken leader playing a broken record. Lil min tafu, tistaqsix għalih”.