L-eks chief of staff t’Austin Gatt, Manuel Delia kompla jagħti indikazzjonijiet permezz ta’ kitbietu li Bernard Grech jista’ jkun għasfur tal-passa għall-Partit Nazzjonalista.
F’artiklu bit-titlu ‘Roberta Metsola’s Journey’, il-moħħ wara l-Arriva f’Malta, faħħar lil Metsola.
F’wieħed mill-aħħar artikli li kiteb, Manuel Delia saħaq li l-pożizzjoni attwali ta’ Roberta Metsola fl-Ewropa hija sempliċiment ‘a platform for the next train she will be catching’.
Osservaturi politiċi interpretaw din is-sentenza bħala waħda li turi li fiż-żmien li ġej, l-establishment Nazzjonalista jistgħu jitfgħu lil Metsola flok Grech fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Din l-aħħar dikjarazzjoni ta’ Manuel Delia issegwi oħra ta’ twissija minn Delia stess lejn Bernard Grech.
Ftit wara li ħarġu l-ewwel indikazzjonijiet li Bernard Grech ħa jsir Kap Nazzjonalista, l-esponent tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Manuel Delia kien wissa lil Bernard Grech biex ma jgħaxxaqhiex għaliex inkella jkollhom ifittxu lil ħaddieħor.
“Aħna ninsabu seqer fuqek”, kien kiteb Manuel Delia.