Il-Prim Ministru ta’ Malta ltaqa’ mal-President tal-Eġittu Abdel Fattah al-Sisi għal laqgħa bilaterali f’New York fejn qed issir l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.
Il-Prim Ministru qal li l-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se tagħti prijorità lill- Mediterran u kif Malta tista’ tkun pajjiż li tgħaqqad il-kontinent Afrikan ma’ dak Ewropew. Il- President Sisi min-naħa tiegħu qal li Malta tifhem il-pajjiżi Għarab. Ġiet diskussa wkoll is- sitwazzjoni fil-Libja.
Il-Prim Ministru Malti u l-President Eġizzjan tkellmu wkoll fuq it-tisħiħ tal-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.
Ritratti: DOI