Il-Forzi Armati ta’ Malta qed joffru opportunità lill-publiku ġenerali biex jesperjenza dak li jfisser li tkun suldat. Dan bħala parti minn jum annwali msejjaħ AFM Day, li din is-sena se jsir nhar it-tmienja ta’ Ottubru.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, dawk li għandhom bejn is-16 u l-45 sena jistgħu jipprovaw eżerċizzji u jieħdu sehem f’opportunitajiet sabiex iduqu ftit mill-ħajja ta’ suldat. Il-programm huwa bejn is-07:00 u l-17:00, u jinkludi eżerċizzju ta’ fitness militari, eżerċizju relatat mal-baħar, ieħor relatat mal-qari ta’ mapep, abseiling u taħriġ f’li wieħed ikun kapaċi jmexxi tim.
Kull min se jattedi huwa mħeġġeġ jagħti donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund, u fl-aħħar jingħata ċertifikat.