Dokument uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea juri li pajjiżna għandu żieda t’għoxrin miljun ewro fuq l-ikbar pakkett ta’ fondi Ewropej għal Malta li nkisbu mill-Prim Ministru Robert Abela waqt summit intensiv Ewropew li kien sar f’Lulju li għadda.
Fuq twitter, il-Prim Ministru qal li minn tal-inqas, pajjiżna se jkun qed jirċievi għoxrin miljun aktar f’fondi ta’ rkupru mill-pandemija msejħa ‘ReactEU’.
Il-Prim Ministru qal li dawn il-fondi se jżommu n-nies fl-impjieg.
B’dan l-iżvilupp ifisser li l-pakkett ta’ Malta wara negozjati twal se jlaħħaq iż-żewġ biljun u mitejn u sebgħin miljun ewro.
Wara l-itwal u l-aktar negozjati intensivi dwar il-budget Ewropew u l-fond ta’ rkupru mill-pandemija, il-Prim Ministru Robert Abela kien irnexxielu jinnegozja pakkett ta’ żewġ biljun u mitejn u ħamsin miljun ewro għal Malta għas-seba’ snin li ġejjin.
Dan jinkludi kważi żewġ biljun ewro mill-budget Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin.
Il-Prim Ministru kien qal li dan il-pakkett inkiseb b’suċċess għaliex Malta fittixet l-persważjoni u l-konvinzjoni.
Kien spjega kif pajjiżna kiseb sitt allokazzjonijiet speċjali għal pajjiżna, marbuta ma’ dawk tal-koeżjoni.
Dan il-ftehim kien intlaħaq fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, b’pajjiżna xorta kiseb l-akbar pakkett ta’ fondi.
In July @maltagov negotiated the largest ever financial allocation from the #EU worth €2.25 billion. Official #Commission documents now show that hard cash coming from ReactEU is actually higher by at least 20 million euro. This will contribute to help maintain #jobs – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) October 22, 2020