Qiegħed ikun rakkomandat li Leo Brincat ikun approvat mill-Kunsill tal-Ministri mingħajr diskussjoni.
Din ir-rakkomandazzjoni saret mis-segretarjat ġenerali tal-Kunsill Ewropew li filwaqt li nnota l-konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew qal li l-kumitat tar-rappreżentanti permanenti (magħruf bħala Coreper) li se jiltaqa’ għada għandu jissuġġerixxi li l-Kunsill, li jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla, japprova l-ħatra ta’ Brincat u żewġ nominati oħra.
Dak tal-Kunsill huwa t-tielet test minn tlieta għal Brincat. Huwa wkoll it-test li jgħodd. Fl-ewwel test Brincat kiseb l-approvazzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.
Filwaqt li fit-tieni test ma kisibx l-approvazzjoni tal-membri tal-Partlament Ewropew, b’mod partikolari minħabba l-vot kontra tal-popolari ewropej li membru tiegħu hemm il-Partit Nazzjonalista.