Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija, il-Perit David Xuereb, qal li l-ewwel reazzjoni tal-Kamra għall-budget tas-sena d-dieħla hija waħda pożittiva ferm.
Huwa spjega ma’ ONE News li ħafna mill-miżuri kienu wkoll parti minn proposti tal-Kamra stess, u nnota b’sodisfazzon ukoll li fejn jidħol il-ħlas tal-pagi tal-Gvern, se jsiru aġġustamenti biex ikun jista’ jkejjel min verament għandu bżonn din it-tip ta’ għajnuna.