Il-Unjin Ħaddiema Maqgħudin, il-UHM laqgħet b’mod pożittiv diversi miżuri li ġew imħabbra fil-budget għas-sena d-dieħla.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-UHM Josef Vella fost l-oħrajn semma l-ġurnata leave miżjuda, l-iskema tat-taxxa u anke t-tqassim mill-ġdid tal-vouchers tal-€100.
Huwa faħħar ukoll il-wage supplement li salvat u ser tkompli mijiet ta’ xogħlijiet u għamel referenza wkoll għall-in-work benefit li wkoll kienet ta’ suċċess.
Segwi l-kumment: