Fil-bidu tas-seduta parlamentari tal-lejla Miriam Dalli u Clyde Caruana ħadu l-ġurament ta’ membri parlamentari u b’hekk issa qed jiffurmaw parti mill-Grupp Parlamentari Laburista.
Miriam Dalli u Clyde Caruana, ħadu l-ġurament ftit qabel beda jinqara l-Budget mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.
Il-ġurament taż-żewġ deputati Laburisti ġodda ttieħed wara li l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat u t-tabib Ettiene Grech ma baqgħux membri parlamentari.
Iż-żewġ naħat tal-Kamra sellmu wkoll il-memorja tad-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi li miet nhar is-Sibt illi għadda.