Ftit sigħat qabel il-mass meeting tal-lejla tal-Partit Nazzjonalista qed jitbagħat sms lill-attivisti biex illejla jaħsbu kmieni.
Intqal lilhom li dan se jkun mass meeting fejn se jieħdu pjaċir qabel dik li qed tkun deskritta bħala “rebħa kolossali.” B’hekk l-SMS jikkonferma li qed iwebblu l-partiarji b’elezzjoni dalwaqt.
Mill-SMS jirriżulta li qed jistennew folol enormi tant li ntqal li l-parkeġġ għandu jsir il-Ħamrun, Tal-Pietà u Santa Venera. In-nies kienu mħeġġa wkoll biex ma jimbuttawx.
Diversi persuni li jsegwu one.com.mt għamlu kuntatt magħna, ma jistgħux jemmnu dan il-messaġġ. Saħansitra ħafna ħasbu li din xi ċajta. Pero nistgħu nassigurawhom li dan huwa messaġġ li oriġina mill-Partit Nazzjonalista u li qed jintbgħat lil persuni li jinsabu fid-database ta’ waħda mill-istrutturi tal-Partit. Nassigurawkom li la darba Simon Busuttil qalilna li l-elezzjoni ġejja dalwaqt għalissa m’hemmx ċajt u timbuttawx!