Wara li fil-budget li għadda, il-Gvern kompla jestendi s-servizz ta’ Tal-Linja Card b’xejn għal kull min jgħodd 75 sena jew aktar, il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li s-sena d-dieħla l-Gvern se jestendi tal-Linja Card b’xejn għall-anzjani minn 70 sena ‘il fuq.
Dan ifisser li apparti ż-żieda fil-pensjoni, l-anzjani se jifdlilhom aktar flus fil-but permezz ta’ użu tat-trasport pubbliku b’xejn.
B’din il-miżura se jgawdu mad-19,000 anzjan.