Id-Direttur reġjonali Ewropew tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Hans Kluge laqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri li tħabbru mill-Gvern Malti nhar il-Ġimgħa kontra t-tixrid tal-Covid-19.
Dan hekk kif bħalissa l-każijiet ta’ Coronavirus qegħdin jiżdiedu f’diversi pajjiżi madwar l-Ewropa u għalhekk kien hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata.
Fi tweet Kluge wiegħed l-appoġġ tiegħu lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn jidħlu dawn il-miżuri preventivi.
Intant fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa ntqal li din mhux l-ewwel darba li l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa faħħret lil Malta għal mod kif qed taffaċċja l-pandemija tal-COVID-19, hekk kif aktar kmieni din is-sena Malta kienet miżmuma bħala eżempju ta’ prattika tajba.
With #COVID19 cases in many European countries showing a sharp increase: proportional, timely, targeted & decisive actions are needed. Full support to Deputy Prime Minister @chrisfearne for stepping up the needed preventive measures in 🇲🇹 nów!
— Hans Kluge (@hans_kluge) October 18, 2020