Lisa Montgomery hija l-ewwel priġuniera mara li kienet f’ħabs federali li ser tkun qed tingħata l-piena tal-mewt wara 70 sena.
Montgomery instabet ħatja talli fl-2004 fgat mara li kienet tistenna tarbija f’Missouri ftit qabel ma serqet lit-tarbija mill-ġuf tal-omm.
Hi mistennija tingħata injezzjoni letali f’Indiana fit-8 ta’ Diċembru li ġej.
L-aħħar mara li ngħatat l-piena tal-mewt mill-Gvern Amerikan kienet Bonnie Heady, li mietet f’Missouri fl-1953.