Intemmet il-konsultazzjoni pubblika dwar il-park nazzjonali tal-Inwadar. Il-kumitat li mexxa l-konsultazzjoni ressaq rapport li jinkludi suġġerimenti li nġabru minn resident sa sidien tal-art kif ukoll jagħti suġġeriment ta’ kif għandu jitmexxa.
Dan id-dokument huwa r-riżultat ta’ proċess konsultattiv, li sar mat-titolaturi , inklużi l-bdiewa u s-sidien tal-art -inħawi, il-Kunsilli Lokali, il-komunitajiet lokali, individwi u l-operaturi tan-negozji. Waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni daħlu total ta’ 24 sottomisjoni bil-miktub, kif ukoll tqajjmu numru ta’ punti oħra waqt tlett laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika. Is-suġġerimenti kollha ġew mixtarra d-dettal mill-kumitat responsabbli biex iħejji dan id-dokument.
Fl-2015 il-Gvern ħabbar il-ħsieb tiegħu li jwaqqaf l-ewwel park naturali nazzjonali matul din il-leġislatura, tul ix-xtajta rurali bejn il- lokalitajiet tax-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn. F’Awwissu tal-2015, l-Ufiċċju tal-Prim Ministru waqqaf kumitat ta’ gwida biex iħejji ix-xogħol għall-pjan tal-immaniġjar tal-park u biex jirrakkomanda qafas ta’ tmexxija.
Dan id-dokument huwa l-abbozz għat-tmexxija u l-immaniġjar tal-park, li qiegħed jissemma Il-Park Nazzjonali tal-Inwadar. L-isem huwa imnebbah minn “in-Nwadar”, hekk kif inhi mgħarufa żona prominenti l-Park, ħdejn il-Fortizza ta’ San Anard. Id-dokumet jiġbor fih il-karatteristiċi naturali, kulturali u soċjo-ekonomiċi tal-park kif identi kati l-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta tal-2006, u l-kuntest usa’ tiegħu li jikkonsidra l-qafas politiku u regolatorju.
Il-Gvern jemmen li l-ħolqien ta’ park nazzjonali f’dawn l-inħawi sbieħ se jħares l-ambjent naturali u jagħmilha iktar faċli għall-pubbliku biex igawdih.
Il-Ministru José Herrera spjega li l-pass li jmiss hu li jinħareġ avviż legali bil-kriterji ta’ kif għandu jkun il-Park, li huwa it-tieni Park Nazzjonali f’pajjiżna u l-ewwel park nazzjonali fin-Nofsinhar ta Malta.