Raġel min-Nepal baqa’ jinżamm arrestat wara li ttella’ l-Qorti minħabba li nqabad juża dokument falz.
Huwa mifhum li r-raġel, li m’għandux indirizz fiss f’Malta, xtara d-dokument minn Spanja għal elf u ħames mitt ewro u pprova juzah biex jivjaġġa lejn Porto.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, l-akkużat awtomatikament ġie rreġistrat li qed iwieġeb mhux ħati hekk kif l-avukat tal-għajnuna legali ma telax quddiem il-Qorti.
Għaldaqstant, l-imputat se jibqa’ jinżamm arrestat fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.