Żagħżugħ ta’ 22 sena mix-Xagħra ġarrab ġrieħi gravi wara ntlaqat minn oġġett iebes waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol b’makkinarju tal-kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00 tal-Ġimgħa waranofsinhar fi Triq il-Port f’Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ Għawdex.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.