B’investiment ta’ €300,000 ġie inawgurat il-proġett ta’ bandli ġdid f’Ħal Għaxaq.
Dan huwa wieħed mill-akbar proġetti infrastrutturali li saru fis-snin riċenti f’Ħal Għaxaq.
Is-Sindku ta’ din il-lokalità Darren Abela qal li l-bandli kienet ħolma tal-Għaxqin u issa saret realtà.
“Dan il-proġett ser jitgawda mit-tfal ake għaliex jinsab quddiem l-iskola Primarja u se jintuża mit-tfal kważi kuljum għax prattikament kważi kuljum ikun hawn l-iskola. Dan il-proġett se jkun ta’ gwadann ukoll għax peress li qiegħed fiċ-Ċentru ta’ Ħal Għaxaq u qiegħed f’żona fejn hemm pitch tal-boċċi u żona oħra ta’ Santu Rokku li ‘l quddiem għandna wkoll proġett sabiħ, fl-aħħar mil-aħħar kulħadd jista’ jiġi sakemm l-irġiel it-tfal jiġu hawn.”
Il-proġett li ġie inawgurat jagħmel parti minn proġett akbar ta’ pitch tal-boċċi li jinsab fi Pjazza Santu Rokku u jinkludi latrini pubbliċi, kamra tal-għodda għall-ħaddiema u ġiebja kbira għall-ilma. Il-proġett se jkun mgħammar ukoll b’kameras tas-sigurtà.
Parti minn dan il-bandli ġie ffinanzjat mill-Kumpanija Enemed, b’parti mill-proġett tagħha sabiex tagħti żoni miftuħa għall-pubbliku.
Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia qal li dan huwa Gvern li investa ħafna fi spazji pubbliċi.
“L-Enemed u anke diversi entitajiet oħra li kienu proġetti għall-poplu Malti u Għawdxi imma li jista’ jkollhom xi mod jew ieħor direttament jew indiretament xi impatt fuq il-lokalitajiet.”
Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman tal-Enemed Kevin Chircop qal li l-Enemed tikkontribwixxi b’mod attiv fil-komunità.